Ara kif tista’ tgħin lill-familja Pace wara t-traġedja fil-Ħamrun

Miguela Xuereb

Il-familja Pace approvat it-talba taż-żgħażagħ kristjani ĊAMYouths li bdew jiġbru donazzjonijiet f’isimhom wara t-traġedja li wasslithom biex mhux talli jitilfu darhom iżda wkoll l-omm tal-familja, Miriam Pace.

Permezz ta’ post fuq Facebook tal-fergħa żagħżugħa ġie spjegat li t-tifla ta’ Miriam u Carmel Pace hija membru ta’ ĊAMYouths flimkien mar-raġel tagħhom.

Kull min jixtieq jgħin lill-familja Pace jista’ jagħmel dan billi jibgħat id-donazzjoni tiegħu permezz ta’ bank transfer fuq:

Bank Account Holder Name: CAMYouths
IBAN:MT16VALL22013000000040020040990
BIC / SWIFT: VALLMTMT
Transfer Reference: CY4Pace

Wieħed jista’ jibgħat id-donazzjonijiet tiegħu ukoll permezz ta’ revolut minn jsegwi l-istruzzjonijiet minn hawn u minn hawn. Jew inkella anke permezz ta’ SMS fuq dawn in-numri:

  • 50618940 – €6.99
  • 50619236 – €11.65

As endorsed by Family Pace, following the tragedy in St. Venera, ĊAMYouths is collecting donations on their behalf. The…

Posted by ĊAMYouths on Tuesday, March 3, 2020

Il-Komunità Karmelitana tiġbor il-flus għall-familja

Il-Komunità Karmelitana, li tmexxi s-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, qiegħda tagħmel ġabra għall-familja wkoll. Tħalla post apposta fil-Bażilika fejn il-pubbliku hu mħeġġeġ jagħti d-donazzjoni tiegħu.

F’ittra ffirmata mill-Pirjol u Rettur Patri Alex Scerri, huwa qal li l-flus mhumiex kollox, imma l-familja Pace spiċċat b’ta’ fuqha senduqha, u għalhekk, jeħtieġ li tingħata l-għajnuna. Min jixtieq jagħti affarijiet materjali, bħal ħwejjeġ, jista’ jagħmel dan ukoll.

Miriam Pace kienet Terzjarja Karmelitana, u kellha s-Santwarju Bażilika għal qalbha ħafna. Il-Pirjol appella lill-pubbliku biex jitlob għall-familja Pace f’dan il-mument diffiċli.

Kumpaniji b’att ta’ karità

Intant, il-kumpanija Forestals, filwaqt li offriet il-kondoljanzi tagħha lill-familja Pace, offritilhom ukoll l-appliances tad-dar kollha li jkollhom bżonn.

We were deeply saddened by news of the tragedy that has affected the Pace family. Words cannot express the pain they…

Posted by Forestals on Tuesday, March 3, 2020

Il-kumpanija Distinct Homes Ltd ukoll offriet lill-familja kwalunkwe għamara li jkollhom bżonn.

Our home is the most sacred and special place for many in Malta. What happened yesterday and the tragic epilogue that…

Posted by Distinct Homes Ltd on Tuesday, March 3, 2020

Fl-aħħar ħin tħabbar li l-funeral tagħha se jkun qed isir nhar il-Ħamis li ġej. Kemm ir-raġel tagħha Carmel Pace, kif ukoll binhom Matthew, qalu fuq Facebook li l-funeral se jsir fis-2pm fil-Bażilika tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Pace, il-mara li kienet nieqsa wara li ġġarrfet darha fil-Ħamrun, instabet mejta qalb it-tifrik għall-ħabta tal-10pm ilbieraħ filgħaxija. Il-katavru nħareġ fl-10.30pm. Il-vittma kellha 54 sena u kienet omm ta’ żewġ ulied. It-tfittxija damet għaddejja iżjed minn tmien sigħat. Żewġha deher fuq il-post jingħata s-sabar minn xi qraba. Ir-residenti l-oħra ġew evakwati.