Ara kif tista’ tgħin liċ-ċiklisti tal-LifeCycle

FB: LifeCycle

Din is-sena ċ-ċiklisti tal-Fondazzjoni LifeCycle se jkunu qed jagħmlu din l-isfida fl-Asja. L-isfida se ssir bejn id-9 ta’ Settembru u t-23 ta’ Settembru. F’dan il-jiem, se jkunu qed jgħaddu mill-Kambodja, Laos u l-Vietnam.

Il-Fondazzjoni torganizza din l-isfida kull sena biex tiġbor il-flus li jingħataw biex tkompli ssir riċerka dwar il-mard tal-kliewi. Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mas-27 parteċipant ta’ din is-sena f’Kastilja. B’kollox se jagħmlu 2,000Km f’għaxart ijiem.

Jekk tixtieq tgħin tista’ tibgħat messaġġ fuq dawn in-numri:

5061 7370 għal donazzjoni ta’ €2.33

5061 8920 għal donazzjoni ta’ €6.99

5061 9229 għal donazzjoni ta’ €11.65