Ara kif tista’ tgħin f’każ ta’ inċident tal-logħob tan-nar

Is-sajf Malti jġib miegħu l-logħob tan-nar tal-festi fl-irħula u l-ibliet li hu parti mill-kultura tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.
Iżda minkejja l-prekawzjonijiet kollha li jittieħdu marbut ma’ dan xorta jibqa’ l-fatt li hemm r-riskju ta’ korrimenti serji.
Għaldaqstant meta wieħed ikun qed jitpaxxa jara l-ħruq ta’ dan ix-xogħol artistiku, tajjeb li jiftakar fil-bżonn tad-demm minn qabel li sseħħ xi disgrazzja, b’hekk fl-enventwalità ta’ inċident ta’ dan it-tip il-prodotti tad-demm meħtieġa għal dawn il-każi jkun disponibbli mill-ewwel.
Quddiem dawn il-possibbilitajiet dawk li huma f’saħħithom, partikolarment dawk dilettanti tal-festi huma mħeġġa jagħtu d-demm:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demmta’ Gwardamangia li jiftaħ kuljum (inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm.
  • fil-mobile blood donation unit li għada  se jkun quddiem il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm se jkun mit-8.30am sas-1pm.
  • fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li għada se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8am sas-1pm.

Hu mportanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.