Ara kif tista’ tgħin 80 anzjan li jgħixu mas-sorijiet

L-Organizzazzjoni Reliġjuża The Little Sisters of the Poor immexxija mis-sorijiet qiegħda tappella lill-pubbliku biex ikun ġeneruż billi jagħti għotjiet tal-ikel kif ukoll għotjiet finanzjarji.

Is-sorijiet ta’ The Little Sisters of the Poor jieħdu ħsieb 80 anzjan li jgħixu magħhom u jridu jħallsu madwar 45 persuna li jgħinu fil-kura ta’ dawn l-anzjani.

Il-grupp Għaxaq Youth ingħaqad ma’ din l-organizzazzjoni reliġjuża u se jkunu qegħdin jiġbru donazzjonijiet tal-ikel fid-19, fil-21, fis-26 u fit-28 t’Awwissu bejn is-6.15pm u s-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.

L-Għaxaq Youth Centre b’ kollaborazzjoni mal-parroċċa u bħala appoġġ għall-inizzjattiva tal-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq…

Posted by Għaxaq Youth Centre on Wednesday, August 12, 2020

L-aktar ikel li għandhom bżonn huma cereali, ġobon ippakkjat, butir, marġerina, ross, dqiq, perżut ippakkjat, affarijiet tal-ħasil u tat-tindif, prodotti tat-tiġieġ, kafè u donazzjonijiet finanzjarji.

Dawk kollha li jixtiequ jgħinu imma ma jistgħux imorru fl-Uffiċċju Parrokjali fil-ġranet imsemmija jistgħu jmorru fir-reception tad-dar jew inkella jkellmu lill-organizzazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook u kull min jixtieq jibgħat għotjiet finanzjarji jista’ jibgħat ċekk jew bank transfer. Id-detttalji kollha jinsabu fil-paġna ta’ Facebook.