Ara kif tista’ tgħid tiegħek dwar ir-riforma tal-public service garages

Ġiet imnedija l-konsultazzjoni pubblika dwar riforma fis-settur tal-public service garages. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li tkellem bosta drabi dwar l-importanza tal-intermodalità.

Il-Ministru qal li f’dawn l-aħħar sar tkabbir fis-servizz bix-xufier, filwaqt li komplew ukoll is-servizzi tal-kiri ta’ karozza għal perjodu ta’ żmien. Huwa qal li għalhekk ħass il-bżonn li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi aġġornata biex tirrifletti r-realtajiet tal-lum.

Hu qal li trid issir riforma li tħares lejn l-objettivi li huma l-aktar importanti, iġifieri li tara li l-operaturi jkollhom level playing field u li tpoġġi fuq quddiem il-kwalità u s-sigurtà tas-servizz. Skont Borg, din ir-riforma se tagħti lok għal aktar kompetizzjoni u għal servizz aktar aċċessibbli.

Huwa qal li l-Awtorità se tkun qed tilqa’ bis-sħiħ il-kummenti tal-pubbliku dwar din ir-riforma u tħares ’il quddiem lejn politika tal-aqwa kwalità għal dan s-settur. Id-dokument u l-ispazju tal-konsultazzjoni pubbliku jistgħu jiġu aċċessati minn hawn.