Ara kif tista’ tevita d-dimensja

Każ minn kull tlieta tad-dimensja jista’ jiġi evitat jekk wieħed jieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħu tul ħajtu.
Dan joħroġ minn studju internazzjonali ppubblikat f’The Lancet.
L-istudju jgħid li hemm diversi fatturi li jwasslu għad-dimensja fosthom telf ta’ smigħ fil-mezza età, li ma ttemmx l-edukazzjoni sekondarja, tipjip, dipressjoni, iżolazzjoni soċjali, nuqqas ta’ eżerċizzju, obeżità, dijabete ta’tip2 u pressjoni għolja.
Mir-riċerka ħareġ li dawn il-fattur jikkontribwixxu b’35% għad-dimensja. Il-65% l-oħra il-bniedem m’għandux kontroll fuqhom.
L-istudjużi qalu li sal-2050, 131 miljun persuna minn madwar id-dinja jistgħu jbatu mid-dimensja. Huwa stmat li fil-preżent 47 miljun persuna għandhom din il-kundizzjoni.
Huma qalu li jekk wieħed jaħdem minn issa fuq ħajjet in-nies minn età żgħir ikun qed jipprevjeni mid-dimensja għax minkejja li s-sintomi tal-kundizzjoni joħorġu tard fil-ħajja, il-bidliet fil-moħħ ikunu ilhom isiru.