Ara kif tista’ taqsam il-missjoni tiegħek wara appell mill-Papa

Read in English.

Il-Papa Franġisku ddikjara x-xahar ta’ Ottubru tal-2019 bħala x-xahar straordinarju tal-missjoni (EMM) skont l-għaqda Missio Malta.

Fi stqarrija l-għaqda qalet li minħabba f’hekk ix-xahar ta’ talb u azzjoni se jservi sabiex iġedded l-impenn missjunarju filwaqt li jwassal lil dawk li jagħmluh sabiex ixerrdu l-esperjenzi tagħhom mal-bqija tal-komunitajiet.

Intant, Missio Malta ddeċidiet li minn Awwissu tibda kampanja fejn tħeġġeġ individwi, skejjel, organizzazzjonijiet, djoċesijiet, parroċċi, komunitajiet, ordnijiet u kongregazzjonijiet sabiex jaqsmu l-missjoni personali tagħhom fuq Facebook, Twitter u Instagram. L-għaqda qed tħeġġeġ lil kull min jagħmel dan sabiex juża’ wkoll il-hashtags #MyMission #EMM2019.

Din l-inizjattiva, skont Missio Malta, twassal lil dak li jkun sabiex jaqsam mal-bqija tan-nies dak li sejjaħlu Alla biex jagħmel. Qalet li l-missjoni ta’ dak li jkun tista’ tkun sempliċiment att ta’ karità bħal meta wieħed imur iżur lill-anzjani, jew jista’ jkun att kbir fejn wieħed jagħmel volontarjat jew jagħti s-sapport lil xi karità lokali.

Jekk tixtieq tipparteċipa tista’ taqra aktar minn hawn.