Ara kif tista’ taqbeż il-kju meta tixtri prodotti bla dazju fl-ajruport

Il-ħanut tal-ajruport li jbigħ prodotti bla dazju issa qed joffri skema ġdida online biex il-klijenti li jkunu se jsiefru jordnaw dak li jridu jixtru minn qabel, u mbagħad imorru jiġbruh meta jkunu se jsiefru. B’dan il-mod huma jirnexxilhom jaqbżu l-kju.

Permezz tal-iskema Reserve and Collect, min ikun se jivvjaġġa jkun jista’ jqalleb katalgu online, li jinkludi nbejjed u spirti, prodotti tas-sbuħija ta’ ditti rinomati, ċikkulati u għażla sħiħa ta’ prodotti esklussivi għall-ajruport. Dan jista’ jagħmlu bejn 30 jum u 24 siegħa qabel titlaq it-titjira tiegħu. Fil-jum tal-vjaġġ, imbagħad, jista’ jaqbeż il-kju biex jiġbor il-prodotti li jkun ordna online.

Din l-iskema għandha marbut magħha wkoll skont ta’ 10% fuq il-kont tal-utenti tagħha.

Il-ħanut Dufry riċentament żvela dehra ġdida u introduċa 13-il ditta ġdida ta’ fwejjaħ u prodotti ta’ sbuħija.