Ara kif tista’ takkwista xi flixkun whiskey, brandy jew vodka

Id-Dipartiment tad-Dwana qed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta kwantità ta’ xorb alkoħoliku, birra, inbid, sigarri u tabakk tal-brim, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur.

Skont stqarrija mid-Dipariment, dawn il-prodotti qed jinqasmu b’85 lott. Ix-xorb alkoħoliku jinkludi whiskey, brandy, vodka, gin, rum, tequila, port, sherry, aperittivi u liquers.

Il-bejgħ se jkun qed isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu f’nofsinhar, filwaqt li tista’ żżur il-lottijiet tal-oġġetti li qed jitpoġġew għall-bejgħ mill-25 ta’ Marzu. L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores fil-Marsa. Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-12.30pm u t-3.30pm.