Ara kif tista’ tagħti isem lil pjaneta barra mis-sistema solari tad-dinja

Il-poplu Malti għandu l-opportunità li jagħti isem lil pjaneta li tinsab barra mis-sistema solari tad-dinja. Dan qed isir permezz tal-proġett NameExoWorlds, fejn il-Maltin jistgħu jsemmu wkoll l-istilla li hemm iddur ma’ din il-pjaneta.

Wieħed jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu fuq is-sit tas-Soċjetà Astronomika Maltija fejn wieħed qed jintalab jagħti isem lill-pjaneta u r-raġuni wara l-għażla ta’ dan l-isem.

L-ismijiet se jintgħażlu mill-pubbliku permezz ta’ votazzjoni f’kull pajjiż, imbagħad, l-ismijiet magħżula jintgħarfu mill-IAU bħala ismijiet uffiċjali.

Jekk tixtieq tipparteċipa agħfas hawn.