Diċembru huwa sinonimu mal-kalendarju tal-avvent, kalendarju li ta’ kuljum jagħtik rigal. X’taħseb li kieku din is-sena minflok tirċievi, tkun inti li tagħti rigal ċkejken kuljum? LifeNetwork Malta qiegħda toffrilek din l-opportunità.
Din l-organizzazzjoni volontarja, li tiddependi ħafna fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti, tgħin lil tfajliet u nisa li jsibu ruħhom f’diffikultà waqt it-tqala billi toffri pariri professjonali u sapport.
Din is-sena minħabba l-pandemija, LifeNetwork Malta għandha bżonn iżjed għajnuna minn qatt qabel. Inti, flimkien mal-membri tal-familja tiegħek jew anke sħabek tista’ tagħmel differenza billi kuljum tpoġġi ġo kaxxa oġġett mil-lista ta’ hawn taħt. Wara l-25 jum, il-kaxxa tkun imtliet b’25 prodott u tistgħu tmorru biha fl-uffiċċju ta’ LifeNetwork Malta l-Belt Valletta jew inkella d-Dar Tgħanniqa t’Omm il-Mosta.
Bħala ringrazzjament, għal kull kaxxa li inti tagħti bħala donazzjoni, tingħata kalendarju tal-LifeNetwork Malta għas-sena 2021. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 77115433.
- L-ewwel jum: ħalib tat-trabi
- It-tieni jum: ħrieqi
- It-tielet jum: barrier cream
- Ir-raba’ jum: libsa ta’ taħt tat-trabi
- Il-ħames jum: xugaman tat-trabi
- Is-sitt jum: qlejba
- Is-seba’ jum: zokkor
- It-tmien jum: flixkun għat-trabi (baby bottle)
- Id-disa’ jum: soother
- L-għaxar jum: cotton buds
- Il-11-il jum: pakkett ross
- It-12-il jum: baby wipes
- It-13-il jum: bott piżelli
- L-14-il jum: bott tadam
- Il-15-il jum: baby lotion
- Is-16-il jum: sapun għax-xagħar tat-trabi (baby shampoo)
- Is-17-il jum: te
- It-18-il jum: bott corned beef
- Id-19-il jum: sapun tal-ħasil għall-ħwejjeġ tat-trabi
- L-20 jum: pakkett penne
- Il-21 jum: dqiq
- It-22 jum: stoċċ kunserva
- It-23 jum: ċekċieka (baby teether)
- L-24 jum: pakkett spagetti
- Il-25 jum: kutra tat-trabi