Ara kif se tiċċelebra għeluq sninha Barbara D’Urso

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Bla dubju li żgur ma tidhirhomx. Barbara D’Urso llum qed tiċċeelbra għeluq it-63 sena tagħha. Twieldet bħal-lum fis-7 ta’ Mejju tal-1957.

Oriġinarjament kienet pjanat li Barbara D’Urso tiċċelebra bil-kbir waqt festin f’Ruma bit-tema tas-Snin 60 fejn kull min kien mistieden kien mitlub jilbes ħwejjeġ tas-Snin 60 u kienet se tindaqq mużika tas-Snin 60.

Iżda minħabba s-sitwazzjoni preżenti Barbara D’Urso se tkun fid-dar weħidha u se tkun qegħda f’kollegament bil-vidjow maż-żewġt uliedha Giammauro u Emanuele u l-eks sieħeb tagħha Mauro Berardi, li miegħu għad għandha relazzjonijiet tajba.

D’Urso ilha xahrejn ma tara lil uliedha minħabba fil-lockdown fl-Italja u għaldaqstant se tkun qed tikkuntenta bħal ħafna li tara lil uliedha jew lil għeżeż tagħha minn fuq skrin ta’ kompjuter.