Ara kif se jkun it-temp dan il-Milied

Hekk kif il-Milied jinsab biss tliet ijiem ‘il bogħod, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega li skont it-tbassir tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, għandna nistennew riħ moderat għal qawwi u temp kemmxejn iktar sħun minn dak tas-soltu f’dawn iż-żminijiet.

It-temp għal għada mistenni jkun imsaħħab, b’temperatura li tilħaq massimu ta’ 17-il grad celcius u tinżel għal minimu ta’ 13-il grad celcius. Ir-riħ mistenni jkun moderat għal qawwi mill-Majjistral. L-għada tal-Milied imbagħad huwa mbassar li r-riħ se jkun ħafif mit-Tramuntana.

Skont l-istqarrija, bejn lejliet il-Milied u l-għada tal-Milied, it-temperaturi mistennija jkunu bejn it-18-il grad celcius u d-9 gradi celcius.