Ara kif dawn it-tfal saru eroj

Fotografu b’qalb kbira qed jgħin lil tfal b’mard u diżabilitajiet differenti jħossuhom eroj għal ftit sekondi billi trasformahom fit-tim tal-Justice League.
Josh Rossi, fotografu professjonali qed jagħti ċans lil bosta tfal isibu l-poter tagħhom. Għalhekk ġabar grupp ta’ tfal li għandhom xi diżabilità u għenhom sabiex jesploraw u jsibu dan il-poter intern billi ħa dak li jagħmilhom dgħajfa u dawwru fil-poter tagħhom.
Min huma dawn it-tfal u x’poteri għandhom?

  • Teagan għandu disa’ snin u twieled b’nofs qalb. Rossi trasformaħ f’Superman.
  • Sophie għandha biss tliet snin u għandha l-kanċer. Rossi biddilha f’Wonder Woman.
  • Simon, tifel ta’ ħames snin b’kanċer fin-nervituri ħa l-irwol ta’ Batman.
  • Zaiden li għandu seba’ snin u jbagħti mill-ADHD nbidel minn Rossi fil-eroj The Flash.
  • Kayden, it-tifel ta’ ħames snin mingħajr saqajn ħa traformazzjoni sħiħa u sar Cyborg.
  • Mataese, tifel ta’ sentejn li għandu l-Leukemia ittrasforma ruħu f’Aquaman.

Iżda l-fotografu ma waqafx hawn…
It-tfal kollha ingħataw kopja tar-ritratt fi frame ġigantesk sabiex dejjem jibqgħu jiftakru fil-poteri interni tagħhom.