Ara kemm se taqla’ flus bil-ġirja li għamlet fil-finali!

L-istreaker li fixklet il-finali taċ-Champions League f’Madrid qalet li m’għandha l-ebda dispjaċir u temmen li l-ġirja li għamlet f’nofs il-grawnd se tgħinha tirtira sa ma tagħlaq 30 sena.

Hekk kif iċċassat lill-istilel ta’ Liverpool u Tottenham, Kinsey Wolanski ta’ 22 sena, ġriet madwar il-grawnd ta’ Wanda Metropolitano liebsa malja sewda timppromovi s-sit elettroniku tal-għarus tagħha. Wara li ġiet arrestata u wara li għamlet mal-ħames sigħat maqfula f’ċella f’ħabs Spanjol, il-mudella Amerikana qalet li fl-opinjon tagħha din kienet l-aqwa mossa li qatt għamlet fil-karriera tagħha.

L-esperti estimaw li l-ġirja li għamlet fil-grawnd kienet tiswa mal-€4.268 miljun hekk kif il-followers fuq Instagram sparaw.