Ara kemm-il darba kellha taħsillu xagħru!

Omm ta’ 23 sena kellha taħsel xagħar it-tifel tagħha 23 darba wara li uża l-vażellina ma’ xagħru biex itiha stil fl-ewwel ġurnata l-iskola.

L-omm għamlet iktar minn sitt sigħat tipprova taqla l-vażellina minn ma’ xagħar it-tifel. Hija użat diversi tipi ta’ shampoo, conditioners u prodotti oħra tax-xagħar imma kien kollu ta’ xejn. Fuq l-internet qrat biex tipprova t-terra, b’mod iddisprat hija tefgħet id-dqiq ġo xagħar it-tifel u dan ġie qisu għaġina. Wara aktar minn 23 ħasla xagħar it-tifel kienet għadha tinħass tiżloq.

L-omm spjegat li meta t-tifel ikun kwiet sinjal li ikun qed jivvinta xi ħaġa infatti kif għajtitlu għall-kolazzjon huwa ma niżilx mill-ewwel bħal ma jagħmel is-soltu. Kif niżel huwa qallha biex tħares lejh għax għamel xagħru.  Hija ma riditx temmen dak li rat u daħlitu dritt ġol-kamra tal-banju. Meta l-omm ċemplet lil ommha u spjegatilha x’ ġara kull ma setgħet tisma’ kien l-ommha tidħak b’kemm kellha saħħa.