Ara kemm fadlilna b’din is-sħana!

Read in English.

Ħafna huma dawk li bdew il-vaganzi tas-sajf din il-ġimgħa li jwasslu għall-festa ta’ Santa Marija, b’bosta huma dawk li se jkunu qed jerħulha għal ġranet sħaħ ħdejn il-baħar.

Iżda attenti, għax is-sħana se tkun qed tiżdied ferm f’dawn it-tlett ijiem li ġejjin u għalhekk importanti ħafna li tixrobu kemm jista’ jkun ilma. Wieħed għandu wkoll jevita li jqatta’ ħin twil dirett fix-xemx u saħansitra jintużaw sunblocks bħala protezzjoni għall-ġilda.

L-Uffiċju Meteoroloġiku qiegħed jipprevedi li fdawn il-ġranet it-temperatura se tkun ta’ bejn il-35°C u s-36°C iżda se tkun qed tinħass li laħqet il-41°C u t-42°C.

Is-sħana mistennija tittaffa’ xi ftit minn nhar l-Erbgħa meta tkun ta’ 34°C iżda tinħass ta’ 39°C, filwaqt li l-Ħamis it-temperatura se tkun ta’ 36°C u tinħass ta’ 31°C .