​Ara jolqtokx xi wieħed mill-korsijiet part-time tal-MCAST

L-MCAST nieda aktar minn 300 kors part-time u ħabbar ukoll il-Programm għas-Sajf, MCASTeens Discovery Summer Camp.
Il-korsijiet ivarjaw minn dawk ta’ passatempi għal oħrajn akkademiċi, li għandhom l-għan li jilħqu lil adulti li minħabba l-impenji ta’ xogħol u familja ma jistgħux isegwu korsijiet full-time.
Il-lezzjonijiet isiru filgħaxijiet u s-Sibt filgħodu.
Aktar dettalji u applikazzjoni għall-korsijiet hawn.
Wieħed jista’ jibgħat imejl fuq shortcourses@mcast.edu.mt jew iċempel fuq 23987777.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-Tnejn 26 ta’ Frar 2018.
Il-Prospektus jista’ jiġi aċċessat minn hawn.
Barra minn hekk, is-Summer Camp immirat għal student bejn 13 u 19-il sena se jitratta – Sport u Avventuri, Arti u Krafts, Avjazzjoni, Elettronika u Robotika, Fotografija u Vidjow, Kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek u tal-oħrajn, Informatika u Teknoloġija u l-Univers.
Il-lezzjonijiet isiru t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis bejn it-8.30am u s-1.30pm fil-Kampus ta’ Raħal Ġdid.
Dettalji dwar il-Programm għas-Sajf fuq 23987777.