Ara jirnexxilekx tilħaq tibbukkja titjira b’€4.99

Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret li estendiet il-ġimgħa ta’ skont fuq il-biljetti tal-ajru, billi żiedet 250,000 biljett li jibdew minn €4.99 għal titjiriet f’Diċembru u f’Jannar.

L-offerta se ddum għaddejja sa nofsillejl illum fuq is-sit tal-linja tal-ajru. Barra minn hekk, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Robin Kiely qal ukoll li qed joffru skont ta’ 70% fuq il-karozzi kollha bbukkjati din il-ġimgħa permezz tal-kumpanija.