Birkirkara, Ħal Balzan u Ħal Lija bħalissa jinsabu bla elettriku minħabba xi problemi, li kelliem għall-Enemalta ddeskrivihom bħala “high tension faults.”
Huwa kkonferma li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni, u li d-dawl għandu jiġi lura bejn sagħtejn u 3 sigħat oħra, għall-ħabta ta’ nofsillejl.