Ara jekk tistax tapplika għall-iskema tad-double glazing

L-ewwel fażi għall-iskema ta’ ffinanzjar ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa ġiet imnedija. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li l-iskema se tiftaħ f’Ottubru.  

Għall-ewwel fażi se jiġu allokati €300,000. Eliġibbli għall-iskema hemm residenti li joqogħdu fi kważi 40 triq differenti. It-toroq intgħażlu wara li sar studju kkummisjonat minn kumpanija indipendenti, kif ukoll wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali u bosta focus groups.

It-toroq magħżula għal din l-iskema huma dawn: Triq iċ-Ċief, Triq il-Borok, Triq il-Gawwi, Triq il-Gandofla, Triq il-Qroll, Triq l-Imħar, Triq Kangu, Triq ir-Rizza, Triq il-Girgħien, Triq Garibaldi, Triq Baden Powell, Triq Nightingale, Triq G. Marconi, Triq l-Imnarja, Triq it-Trunnċieri, Triq K. Frendo, Triq Wied il-Buni, Triq tal-Papa, Triq San Patrizju, Triq il-Kummerċ, Triq Giuseppi Despot, Triq il-Progress, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Franġisku Saverju, Triq San Filippu, Triq Alessandru, Triq is-Sebh, Triq San Ġwann, Triq il-Gurgier, Triq il-Port Ħieles, Triq il-Ħaruf,Triq Arzella, Triq il-Kartaġinizi, Triq San Edwardu, Misraħ is-Summit u Wesgħa Carmelo Caruana.

Il-Ministeru għat-Turiżmu mistenni jagħti 90% rebate tal-ispejjeż u kull residenza tista’ tapplika għal ammont sa massimu ta’ €2,000.