Ara nbidillekx in-numru tad-dar!

Is-Sezzjoni tal-Immaniġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali qed tavża lir-residenti ta’

Triq il-Wied, il-Mellieħa,Triq Sir Luigi Preziosi, il-Mosta, Triq Dun Ġwakkin Schembri, Ħal Qormi, Triq Birbixkilla, Sqaq Birbixkilla Nru. 1 u Sqaq Birbixkilla Nru. 2, Ħal Tarxien u Triq Dun Bartilmew Attard, Ħaż-Żebbuġ, uffiċjalment inbidlilhom in-numru tal-bieb.

Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-30 ta’ Novembru. L-avviż ġie ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Novembru.