Filmat: Il-provi tal-lum tal-Eurovision Song Contest

KAN

Intemmet l-ewwel ġuranta ta’ provi għall-ewwel semi finali tal-Eurovision Song Contest. Illum saru disa’ minn sbatax u l-provi tal-ewwel semi finali jkomplu għada.

Għall-ewwel semi finali tat-Tlieta 14 ta’ Mejju  għaxar kanzunetti minn dawn is-sbatax iridu jgħaddu għall-finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju. Imbagħad fis-serata tal-Ħamis 16 ta’ Mejju hemm tmintax-il kanzunetta, fosthom Chameleon ta’ Michela għal Malta, u wkoll iridu jgħaddu għaxar kanzunetti għall-finali.

L-Ukrajina rtirat mill-kompetizzjoni u għalhekk fis-serata tat-Tlieta hemm kanzunetta inqas minn dik tal-Ħamis.

Intant, tistgħu ssegwu hawnhekk il-provi kollha ta’ kull pajjiż.

Ċipru – Tamta – Replay

Montenegro – D mol – Heaven

Finlandja – Darude feat. Sebastian Rejman – Look Away

Polonja  – Tulia – Fire of Love

Slovenja – Zara Kralj & Gašper Šantl – Sebi

Repubblika Ċeka – Lake Malawi – Friend of A Friend

Ungerija – Joci Pápai – Az én apám

Belarussja – Zena – Like It

Serbja – Nevena Božović – Kruna