Filmat: “Id-dyslexia mhix xi ħaġa li teħtieġ li tkun ‘irranġata’”

Ottubru huwa x-Xahar tal-Għarfien tad-Dyslexia.

Read in English.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Mark Borg li bintu Krista saret magħrufa li kellha d-dyslexia meta kellha seba’ snin. Huwa spjega kif hu u martu rreaġixxew meta  saru jafu dan. Huwa ta’ aġġornament dwar kif sejra issa, inkluż kif iż-żfin u l-isport tawha spinta ta’ kunfidenza f’ħajjitha.

Mark m’għandux ħlief tifħir għall-għalliema tagħha u l-esperti tad-dyslexia li qed jgħinuhom matul it-triq imma jgħid li xi kultant ikun frustrat meta jiġi biex iġġiegħel lin-nies jifhmu x’inhi l-kundizzjoni.

“Int dejjem trid li l-edukaturi jirrealizzaw kemm jista’ jkun diffiċli għal tifel jew tufla bid-dyslexia,” qal. “Huma tajbin f’affarijiet oħra u forsi, jekk il-proċessi ta’ tagħlim tagħna huma kemxejn differenti, u l-mod tat-tagħlim huwa ftit differenti u kreattiv, forsi nistgħu nindirizzaw ukoll il-mod kif dawn it-tfal jifhmu l-affarijiet b’mod differenti. M’humiex għażżenin … ma tistax titlobhom jippruvaw iktar jew jagħtu aktar attenzjoni, huma sempliċement huma.”

Krista Borg

Intervista ta’ Coryse Borg. Traduzzjoni: Frederick Zammit.