Ara hemmx xi ħaġa tgħodd għalik

Il-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li se jkun qed ibigħ diversi oġġetti f’żewġ eżerċizzji separati.

Dawn l-oġġetti jinkludu logħob tan-nar, dgħajjes, kontejners u vann.

L-ewwel eżerċizzju se jkun jkun jinkludi tmien lottijiet ta’ logħob tan-nar filwaqt li t-tieni eżerċizzju jikkonsisti minn diversi dgħajjes, kontejners vojta u vann.

Fi stqarrija d-dwana spjegat li l-ewwel eżerċizzju se jkun qed isir bejn it-22 ta’ Ġunju u l-Ħamis 25 ta’ Ġunju mit-8am san-12.30pm. Id-Direttur Ġenerali se jkun qed jilqa’ l-offerti ssiġillati ġewwa Newport Bonded Stores, il-Marsa. Id-Dipartiment fakkar li persuni li jippossjedu Licenzja Kategorija ‘A’, skont kif stipulat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 33.03 ‘Regolamenti Dwar Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplozivi Oħra’, Liġijiet ta’ Malta, li jistgħu jitfgħu offerti għal dawn il-lottijiet. 

Kull min irid jara dawn il-lottijiet, jiġbor il-formoli tal-offerti jew għandu bżonn aktar informazzjoni jista’ jmur fi Newport Bonded Stores, il-Marsa jew iċempel fuq 21237209 matul l-istess ġranet.

Intant it-tieni eżerċizzju ta’ xiri se jsir f’Ħal Far Groupage BondsĦal Far, bejn it-Tnejn 22 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2020, mit-8am san-12:30pm. L-offerti ssiġillati se jkunu qed jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali.

L-oġġetti għal dan l-eżerċizzju jinkludu

·       Dgħajsa ‘KAPTAN’ (5.49 metri);

·       Dgħajsa għad-divertiment (8.61 metri);

·       Dgħajsa ‘Shaft 34 Sport’;

·       Numru ta’ kontejners vojta ta’ 40 pied;

·       Numru ta’ kontejners vojta ta’ 20 pied; u

·       Vann tat-tip ‘International’ 4300cc Diesel.

Kull min jixtieq jara dawn l-oġġetti, jiġbor il-formoli tal-offerti jeww għandu bżon aktar informażżjoni jista’ jagħmel dan f’Ħal Far Groupage BondsĦal Far jew iċempel fuq 21237209 fl-istess ġranet.