Ara hawn inbidillekx in-numru ta’ biebek

Jekk toqgħod f’dawn l-irħula li ġejjin, iċċekkja sew għax inbidlu n-numri tal-bibien f’xi toroq.
L-Uffiċċju Elettorali ħabbar li Triq Indri Borg u Triq San Martin f’Ħaż-Żebbuġ, Triq Sant’Anna l-Qrendi, Triq tal-Gardiel Wied il-Għajn u Triq il-Mitħna Ħal Lija, se jseħħilhom dawn il-bidliet.
Il-persuni li joqogħdu f’dit-triq jistgħu jaraw l-avviż fil-gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ April, inkella jidħlu fis-sit tal-Kummissjoni Elettorali.