Ara għaliex WhatsApp mhux jaħdem fuq ċerti mowbajls

Read in English.

Mill-bieraħ, WhatsApp waqaf jaħdem fuq miljuni ta’ mowbajls li kellhom operating systems antiki. Dawk affettwati huma li għandhom Apple iOS 8 jew sistemi iżjed antiki, jew Google Android 2.3.7 Gingerbread jew verżjonijiet eqdem.

Dan ġie rrappurtat minn siti internazzjonali bħal Forbes u BBC.

Skont l-istatistika, din il-bidla kellha taffettwa lil miljuni ta’ nies. 0.3% taż-2.5 biljuni utenti għadhom jużaw Android Gingerbread jew verżjonijiet iżjed antiki.

Il-bidla min-naħa ta’ WhatsApp hija intenzjonata li tipproteġi s-sigurtà tan-nies. Kienet tħabbret fl-2017. Iżda din hi aħbar ħażina għal min għandu iPhone jew mowbajl Android antik, peress li jekk sistema ta’ mowbajl ma tistax tiġi aġġornata, mela WhatsApp m’għadux kompatibbli ma’ dak il-mowbajl.

Dawk li jridu li l-problema tissolva jridu jagħmlu update tal-operating system tagħhom. Madankollu, xi mowbajls ma jifilħux xi updates, peress li huma antiki. F’dal-każ, WhatsApp mhux se jibqa’ jaħdem fuq dawn il-mowbajls.