Ħafna nies li jużaw Facebook spiċċaw mkeċċija mill-kont tagħhom stess u ma jistgħux jaċċessawh, fosthom persuni f’Malta.
Numru sostanzjali ta’ nies rrappurtaw li tilfu l-aċċess għall-kontijiet filwaqt li oħrajn qalu li s-sit waqaf jaħdem kompletament.
Skont il-midja barranija l-problemi waslu għall-konfużjoni sħiħa hekk kif diversi utenti ta’ Facebook użaw midja soċjali oħra bħat-Twitter biex isaqsu x’ġaralu l-kont tagħhom fuq Facebook. Oħrajn inkwetaw li setgħu kienu ħħekkjati, iżda jidher li l-problema hi waħda teknika.
Utenti ta’ Facebook qalu li provaw jaċċessaw il-kont tagħhom iżda sabu li ma jistgħux jidħlu minkejja li għamlu l-password. Jidher li l-passwords ukoll waqfu jaħdmu.
Il-problema tidher li hi mifruxa mal-Ewropa kollha.