Ara għaliex se tingħalaq Triq il-Kosta nhar il-Ħadd

Read in English.

Il-Ħadd 19 ta’ Mejju se ssir it-triathlon organizzata mill-Ocean Lava Malta. Din se tkun ukoll il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathon fuq distanza twila. It-tellieqa tikkonsisti f’1.9km għawm, 90km rota u 21km ġirja. Din il-maratona se tibda bl-għawm fil-Bajja tas-Salina, wara rota u tintemm bil-ġiri. Il-ġirja se tkun qed issir tul Triq il-Kosta fid-direzzjoni ta’ Pembroke.

Madwar 100 atleta se jieħdu sehem fil-kategoriji individwali u tar-relay. Matul din l-attività l-karreġġata tat-Triq tal-Kosta tas-Salina, direzzjoni lejn Buġibba għal Pembroke se tingħalaq għat-traffiku mis-7am san-12:30pm. Matul dan il-ħin se jkun hemm sospensjoni temporanja tas-servizz tal-karozzi tal-linja.  L-organizzaturi appellaw biex ikun hemm il-kooperazzjoni tal-pubbliku.

Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jżur is-sit elettroniku www.oceanlavamalta.com

MRTU