Ara għaliex sabet il-karozza miksija b’borża tal-plastik dalgħodu

Mara ħarġet mid-dar filgħodu u nħasdet meta rat il-karozza tagħha miksija b’borża tal-plastik.

Antonella Rogers kitbet fuq Facebook li baqgħet maħsuda meta rat il-karozza tagħha mgeżwra f’borża tal-plastik. Qalet li ħassitha grata lejn il-bajjada li minkejja li hi kienet ipparkjat ħażin, ħadu ħsieb jgħattulha l-karozza biex ma tittebbax biż-żebgħa.

Temmet tgħid li mank kulħadd kien bħal dawn il-bajjada li impurtahom mill-mara u ma qabdux u żebgħu mingħajr ma taw kas.

Tohrog u sib il karozza mdawra bil plastic 🙏 Ghalkemm jien skuzajt ruhi ghax genwinament ma rajtx il karta imwahla biex…

Posted by Antonella Rogers on Friday, July 5, 2019