Ara għaliex raħħas il-kafè…

Huma bosta dawk li ma japprezzawx lil min iservihom il-kafè kull filgħodu, min jaqdihom fir-ristoranti, min inaddaf warajhom, u kull min joffri xi tip ta’ servizz. Sid ta’ kafetterija fl-Istati Uniti dejqitu din l-attitudni ta’ disprezz tan-nies, tant li ddeċieda li joħroġ tabella barra biex jisfidahom.

Austin Simms, sid il-ħanut Cups f’Virginia, għamel tabella barra l-ħanut tiegħu, li timplika li l-klijenti jridu jħallsu iżjed jekk ma jgħidux “ħelow” u “jekk jogħġbok.”

Huwa qal li ddeċieda li jagħmel dan biex jipprova jibda jsolvi l-inġustizzji tad-dinja minn xi ħaġa żgħira, għal dawk in-nies li ma jirrealizzawx li min qed jaqdihom huwa bniedem bħalhom u li ma fiha xejn biex tgħid “ħelow,” “jekk jogħġbok” jew “grazzi” imma lil dak li jkun jaf issebbaħlu l-ġurnata.

Dawk li jgħidu “kafè żgħir” biss iridu jħallsu €4.42 ($5), dawk li jgħidu “jekk jogħġbok” iridu jħallsu €2.65 ($3), u dawk li jitkellmu iżjed mal-barista jħallsu €1.55 ($1.75).

Credit: WDBJ7

Ħafna nies għoġbithom l-inizjattiva ta’ Simms, u qablu li hemm bżonn li n-nies jużaw iżjed il-manjieri.