Ara għaliex mhux se tintlagħab Arsenal vs City

Il-logħba ta’ Arsenal kontra Manchester City ġiet posposta wara li xi plejers ta’ Arsenal kellhom jitpoġġew taħt kwarantina. B’hekk din hija l-ewwel logħba tal-Premier League li kellha titħassar minħabba l-coronavirus.

Min-naħa tagħhom, Arsenal avżaw li l-plejers se jkunu iżolati għal 14-il ġurnata. Dawn kienu f’kuntatt mas-sid tal-klabb tal-futbol Grieg Olympiakos u li rriżulta pożittiv għall-COVID-19. Fi stqarrija l-klabb qal li qed jimxu b’mod strett mar-regoli tal-gvern li rrakkomanda li kulmin jkun f’kuntatt ma’ xi ħadd li għandu l-vajrus għandu jagħmel 14-il jum fi kwarnatin.

Riżultat ta’ dan il-plejers ma jistgħux jilgħabu waqt il-logħba tal-lejla kontra Manchester City u l-Premier League ddeċieda li għandu jipposponi l-logħba.