Ara għaliex hemm it-tron ta’ Game of Thrones fil-Belt Valletta

Mijiet ta’ Maltin ilbieraħ stagħġbu malli daħlu l-Belt Valletta, għaliex quddiem il-Parlament, kien hemm tron sinonimu mas-serje televiżiva Amerikana Game of Thrones. Ħasbu li kienu qed jiġġennu, u fil-fatt, inġemgħu kjus sħaħ ta’ nies li riedu jieħdu ritratt bilqiegħda f’dan it-tron. 

Ritratti: Jitfaċċa tron ta’ Game of Thrones fil-Belt Valletta

Il-kumpanija GO llum żvelat li dan it-tron fil-fatt tpoġġa minnha, sabiex tirreklama l-fatt li Game of Thrones se jirritorna fuq it-televiżjoni għall-aħħar staġun u l-klijenti ta’ GO li għandhom aċċess għal GO Stars u GO Box se jkunu jistgħu jsegwu is-sett sħiħ.

Mill-15 ta’ April, l-episodji ġodda tal-aħħar staġun se jibdew jiġu miżjuda mal-librerija ta’ GO Box. GO qiegħda wkoll testendi offerta ta’ 30 Jum ta’ Prova għal min jingħaqad ġdid, li tinkludi tliet xhur Home Pack b’xejn.

GO qed tiċċelebra dan l-aħħar staġun tas-serje b’replika tal-famuż Tron tal-Ħadid esebita quddiem il-Parlament. Inti wkoll, bħar-Re jew Reġina ta’ Westeros, tista’ titla’ fuq it-Tron, iżda sas-7 ta’ April biss. GO ħeġġet lin-nies biex itellgħu ritratt tagħhom fuq it-Tron fuq Instagram bil-hashtag #goforthethrone.