Ara għaliex ħaraq il-gear ta’ Manchester United

Partitarju ta’ Manchester United ħaraq il-flokk tat-tim għax qal li hu ddispjaċut ferm. Hu maqdar ukoll lil Ed Woodward u qal li l-klabb bidlu f’xi ħaġa tad-daħk. Irrabjat, il-partitarju tella’ vidjow fuq Twitter fejn jidher il-flokk tat-tim jinħaraq.

Fil-post attakka wkoll lill-Viċi Chairman ta’ Old Trafford Woodward. Dan kollu ġara wara li l-iffirmar ta’ Bruno Fernandes, Paulo Dybala u Christian Eriksen baqgħu ma rnexxews. L-istorja kompliet tikber u l-affarijiet komplew sejrin għall-agħar għall-maniġer ta’ United Solskjaer meta biegħu lil Romelu Lukaku, iżda ma sabu lil ħadd li jista’ jiħodlu postu.

Iddispjaċut, il-partitarju qal li m’għadx fadallu saħħa jagħti s-sapport tiegħu lit-tim u qal li minħabba dan kollu se jerġgħu jispiċċaw fis-sitt post tal-klassifika.