Ara għaliex għandek taqbad tal-linja nhar is-Sibt

Fit-22 ta’ Diċembru kull min jaqbad tal-linja se jkun qed jgħin lill-Istrina. Għat-tielet sena l-Malta Public Transport se tagħti nofs in-noll ta’ din il-ġurnata lil Malta Community Chest Fund.

Il-Maniġer ġenerali Konrad Pulè qal li l-Malta Public Transport hija kburija li se tkun qed terġa’ tikkontribwixxi għall-Istrina u tagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.

Is-somma li tinġabar minn din il-ġurnata tingħaqad ma’ dik li jagħmlu l-ħaddiema u flimkien jiġu preżentati dakinhar tal-Istrina.