Ara għaliex għandek iżżur il-maratona ta’ Puttinu

It-tema ta’ din is-sena ta’ Puttinu Cares hija Home Away from Home. Skont stqarrija ffirmata minn Angele u Rennie għalkemm hemm 25 appartament, ir-rata ta’ nies li qed imorru għal kura qegħda dejjem tiżdied. Huma qalu li f’xahar qed jitilgħu bejn 60 u 90 pazjent li l-maġġoranza tagħhom qed imorru fiċ-ċentru ta’ Londra għall-kura.

Bħalissa Puttinu Cares qed jiġbor biex jixtri biċċa art f’Londra u jkun jista’ jibni aktar appartamenti għall-pazjenti li jkollhom bżonn il-kura medika fiċ-ċentru ta’ Londra.

Għall-15-il sena se tiġi organizzata l-maratona ta’ 60 siegħa fejn fost l-oħrajn se jkun hemm mijiet ta’ timijiet tal-futbol li se jipparteċipaw. Fost l-attivitajiet se jkun hemm ukoll fun park u area ta’ animazzjoni għat-tfal. F’din il-parti tal-Marsa Sports Ground se jkun hemm water zorbing, train rides, quad bikes, trampolines, slides, inflatable castles, aerial ropeway, sumo fighting, possibiltà li t-tfal jieħdu ritratti ma’ karattri ta’ Disney, martial arts, gymnastics, magicians u buffi.