Ara fuq liema rotot se jiżdiedu l-vjaġġi

Read in English.

Minn għada l-Ħadd se jiżdiedu fil-frekwenza tagħhom ir-rotot li skont Transport Malta huma użati b’mod frekwenti.

Se jiżdied vjaġġ kull siegħa f’rotta fin-Nofsinhar ta’ Malta li titlaq minn Ħaż-Żabbar għall-Belt Valletta u tgħaddi mill-lokalitajiet tal-Fgura u Raħal Ġdid.

Intqal li rotta oħra importanti hija it-212 li taqgħad Buġibba/Qawra ma’ Tas-Sliema/San Ġilja permezz ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u Pembroke. Minn nhar il-Ħadd li ġej se jkun qed issir vjaġġ ieħor kull siegħa bejn il-05:30 u d-09:00 u t-15:00 u s-18:00.

Ir-rotta tal-X1A se tiżdied b’żewġ vjaġġi oħra bejn bejn l-16:00 u l-17:15 mit-Tnejn sal-Ħamis. Din ir-rotta tintuża l-aktar mill-istudenti Għawdxin lejn l-Università ta’ Malta.

F’Għawdex l-unika rotta li se jiżdidulha l-vjaġġi hija 310 bejn ir-Rabat u Marsalforn.Mill-Ħadd 3 ta’ Novembru ir-rotta 64 se tiġi estiża biex tinkludi is-Central Business District fl-Imrieħel