Ara f’liema stat instabet Bella

AAA Bella

Read in English.

Fl-aħħar sigħat l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati tellgħet ritratti ta’ kelba ġdida li nstabet u li se jkunu qed isemmu Bella.

Il-kelba Bella nstabet abbandunata fil-Marsa fejn il-kelba kienet qegħda mimduda fuq il-ħmieġ tagħha stess, u fl-istess waqt titriegħed u bil-ġuħ. Tant kien hemm ħmieġ li d-dubbien kien qed idur għal Bella.

L-istat tal-kelba kien wieħed ħażin, tant li minħabba li probabbilment kienet ilha ma tiekol, kienet diġà għadma w ġilda.

Mal-wasla għand l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, il-kelba ġiet invistata minn veterinarju u bdiet tiġi kkurata, apparti li tnaddfet ukoll.

L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li issa l-kelba waqfet titriegħed u jittamaw li tkun aħjar.

L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) għandha bżonn il-fondi biex tkompoli tgħin lill-annimali. Jekk tixtieq tgħin tista’ tagħmel dan b’xi wieħed minn dawn il-metodi:

Paypal: Info@aaamalta.com

Jew b’SMS fuq: 50617350 € 2.33

50618060 € 4.66

50618910 € 6.99

50619200 € 11.66

Jew Revolut 79730921.