Ara liema sport tista’ tipprattika dan is-sajf

SportMalta nediet il-programm Summer On The Move li se jkun offrut bejn Lulju u Settembru. Skont is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, dan il-programm mistenni jilħaq 7,000 parteċipant b’iktar minn 400 sessjoni fil-ġimgħa.

L-attivitajiet offruti huma varji; minn football, basketball u ġinnastika, għall-karting u arti marzjali. Ma jonqosx l-isport akwatiku; l-għawm, il-waterpolo kif ukoll l-ibburdjar. Għall-adulti wieħed isib yoga, pilates u fitness ta’ intensitajiet differenti, kif ukoll badminton, għawm u self-defence. Din is-sena se jiġi wkoll estiż il-programm tal-parent and child.

L-applikazzjoni għal Summer On the Move 2019 tista’ titniżżel mis-sit uffiċjali ta’ SportMalta u tintbagħat lil SportMalta fl-indirizz: Kumpless Sportiv Kottonera, Vjal il-Kottoner, Bormla BML 9020 jew tista’ tapplika online. L-applikazzjonijiet huma miftuħin sal-14 ta’ Ġunju.