Ara: Film dwar San Pawl maħdum kollu f’Malta

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=LyOqQZUDdO4]

Il-film ‘Paul, Apostle of Christ’ li ħiereġ fis-swali taċ-ċinema lokali fl-4 ta’ April li ġej, jagħtina l-istorja ta’ Pawlu minn Tarsu, minn persekutur tal-Insara sal-iktar Appostlu
influenti. Fl-istess ħin naraw kif Luqa għen lil Pawlu biex iqassam l-ittri ta’ Pawlu lill-Insara ppersegwitati, wara li Neruni waħħal fihom wara l-ħruq tal-Belt ta’ Ruma.
Insara li kellhom iħallsu prezz għoli saħansitra bil-martirju. Naraw ukoll id-djalogu li jinħoloq bejn min jemmen fi Kristu, u dawk li jiddubitaw minnu.
Apparti James Faulkner fil-parti ta’ Pawlu, Jim Caviezel jirreċta b’mod tajjeb ħafna fil-parti ta’ Luqa – bniedem kuraġġuż u li jaħseb f’ħaddieħor qablu. Il-kostumi, is-sets li
nġibdu kollha f’Malta, iċ-ċinematografija u l-qtugħ tas-sekwenzi huma kollha eċċellenti.
Film li għandu l-parteċipazzjoni ta’ atturi Maltin fosthom Manuel Cauchi (Ananija), Andrè Agius (San Stiefnu), Chris Dingli (tabib Ruman) u ħafna oħrajn.
Il-film qed jinġieb f’Malta minn KRS Distributors.