Ara film bl-irħis f’Jum iċ-Ċinema

Is-Sibt, 14 ta’ Lulju, il-KRS se jiċċelebraw il-Jum Nazzjonali taċ-Ċinema, li fih se jintwerew 10 films ġodda bi prezz irħas minn tas-soltu.

Il-films se jintwerew fiċ-ċinemas lokali bejn id-9am u tard filgħaxija. Fiċ-ċinema taċ-Ċitadella t’Għawdex, il-films se jibdew jintwerew fl-4pm.

Dawn huma wħud mill-films li jkunu murija dakinhar: Skyscraper, Incredibles 2, Adrift, Patrick, Hereditary, Sicario 2: Soldado, Ocean’s 8, Jurassic World: Fallen Kingdom, Deadpool 2 u Show Dogs.