Ara fi x’ħin l-aktar li jsiru inċidenti fit-toroq

ħin inċidenti toroq karozza ħabta
Arkivji

L-aktar perjodu fil-ġurnata li fih isiru inċidenti tat-traffiku huwa bejn nofsinhar u t-2.59 pm.

Skont stħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) l-inqas numru ta’ inċidenti jsiru bejn it-3 am u s-5.59 am.

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien  hemm 3,837 inċidenti tat-traffiku. Dan in-numru huwa 6% inqas minn dak tal-2017. Il-maġġoranza (71.8%) tan-nies li weġġgħu gravi (total ta’ 85) kienu rġiel. L-aktar inċidenti tat-traffiku kienu jkunu nhar ta’ Ħamis, però l-aktar ġurnata li fiha kienu jweġġgħu nies kien ikun it-Tnejn.

Bejn Jannar u Ġunju tal-2018, f’Malta l-aktar inċidenti saru f’Birkirkara (579). L-inqas fix-Xgħajra (13). F’Għawdex l-aktar inċidenti saru fil-kapitali r-Rabat (122) u l-inqas fil-Kerċem (2). L-aktar inċidenti kienu jinvolvi karozzi tal-passiġġieri (58.5%), imbagħad muturi (22.8%), u mbagħad vetturi tal-merkanzija (8.3%).