Ara fejn tista’ ssiefer bl-irħis is-sajf li ġej

Il-linja tal-ajru Ryanair nediet l-iskeda ta’ titjiriet għas-sajf li ġej filwaqt li se tibbaża ajruplan ieħor f’Malta li se jingħaqad mal-ħamsa l-oħra.  Dan ifisser investiment ta’ €86 miljun mill-kumpanija f’Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet, ir-Ryanair ħabbret 10 rotot ġodda fost 61 rotta. Il-ministru għat-turiżmu Konrad Mizzi qal li dawn ir-rottot ġodda mistennija li jattiraw mal-120,000 passiġġier ġdid bejn April u Diċembru u mal-150,000 sas-sena 2020.  

B’kollox Ryanair qed tippjana li ġġorr 3 miljun u 100,000 passiġġier fis-sena mill-ajruport ta’ Malta.  Il-linja tal-ajru qed taspira li żżid il-passiġġieri bi 15%.

Ir-rotot il-ġodda huma:

Cardiff, l-Ingilterra

Exeter, l-Ingilterra

Lamezia, l-Italja

Perugia, l-Italja

Cork, l-Irlanda

Nantes, Franza,

Luxembourg, il-Lussemburgu

Maastricht, l-Olanda

Olso Trop, in-Norveġja

Thessaloniki, il-Greċja