Ara fejn siefru l-aktar in-nies li telqu minn Malta

siefru nies telqu Malta
Arkivji

Fl-2016 in-nies li telqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta siefru l-aktar lejn ir-Renju Unitu lejn l-Italja.

Skont statistika maħruġa mill-NSO dwar ċifri tal-2016, 1,355,353 persuna marru lejn ir-Renju Unit filwaqt li 1,070,248 marru lejn l-Italja. Filwaqt li 666,898 siefru lejn il-Ġermanja, 1,557,790 iddeċidew li jmorru f’pajjiż ieħor fl-Ewropa. Fl-istess sena, 180 persuna marru lejn l-Amerika ta’ Fuq jew t’Isfel. B’kollox siefru 5,143,576 persuna.

Fl-2016, il-maġġoranza tad-djar Maltin kellhom medja ta’ żewġ karozzi u n-numru ta’ karozzi ‘ġodda’ fit-toroq kien qed jiżdied b’33 kuljum. In-numru ta’ karozzi fit-toroq kien laħaq il-282,933. Kienu qed jingħataw 200 multa kuljum mill-Pulizija u mill-Wardens.

Id-dijossidu tal-karbonju, gass perikoluż għall-ambjent żdied bi 17.9% mill-livelli tiegħu fl-2005.

Għal rapport dettaljat, tista’ tidħol hawn.