Ara fejn sab kenn dan il-kelb!

It-tradizzjoni tal-presepju ġejja mill-ġrajja ta’ Marija u Ġużeppi li kienu qed ifittxu post għall-kenn fejn Marija setgħet twelled lil binha Ġesù. Sfortunatament il-lukandi kollha f’Betlem kienu mimlija u kien hemm persuna li offra l-għar fejn kien iżomm l-annimali.

F’dawn iż-żminijiet tal-Milied naraw diversi presepji kemm fit-toroq kif ukoll fid-djar madwar id-dinja kollha. Fin-Nofsinhar tal-Italja, kelb abbandunat sab kenn fi presepju.

Din mhux l-ewwel darba li kelb sab refuġju fi presepju l-Italja. Huwa kien instab imħaddan fil-maxtura ma’ Ġesù Bambin. Dan l-aħħar ir-ritratt ta’ Rocky kien qed jerġa’ jsur fuq il-midja soċjali.