Ara dwar xiex tkellmu dawn it-tfal fil-Parlament

DOI: Omar Camilleri

Tfal li qed jattendu Skolasajf fl-iskejjel tal-Mellieħa, in-Naxxar u Raħal Ġdid żaru l-Parlament ta’ Malta. Huma pparteċipaw f’edizzjoni oħra ta’ Skolasajf fil-Parlament 2019. Matul din il-laqgħa, it-tfal tellgħu reċta u ddiskutew ma’ membri tal-Parlament il-Miri ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Uħud minn dak diskuss kien hemm il-ħarsien tal-ambjent, b’mod partikolari l-ħtieġa li jitħarsu u jiżdiedu aktar is-siġar f’pajjiżna, is-saħħa fl-iskejjel u l-provvista ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli u effiċjenti. Iddiskutew ukoll il-mezzi tat-trasport u l-ġenituri li jaħdmu u l-familja tagħhom.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li Malta qed taspira għal aktra progress. Hu żied jgħid li l-awtoritajiet għandhom jimpenjaw ruħhom biex jipproteġu u jħarsu l-ambjent kemm naturli kif ukoll urban.

Il-konferenza ġiet indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, mill-Membri Parlamentari David Agius, Robert Cutajar, Alex Muscat, Clyde Puli, Stefan Zrinzo Azzopardi, kif ukoll mill-President Emeritus ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca, Chairperson tal-Fondazzjoni Maltija għall-Ġid tas-Soċjetà.