Ara dan il-missier x’sorpriża ħalla lil bintu qabel miet

Missier kuraġġuż ħalla warajh rigal li jmiss il-qalb għal bintu li għadha tarbija hekk kif sar jaf li ħakmitu marda terminali. Il-missier ingħata biss sena ħajja wara li t-tobba sabu li għandu marda serja.

B’sorpriża, il-missier ta’ 21 sena meta ħa l-aħbar iddeċieda li qabel imut ried li jagħmel lista bl-affarijiet li ried jagħmel qabel mewtu. B’waħda mix-xewqat tkun li joħloq kaxxa bil-memorji għal bintu li għandha biss 6 xhur. F’din il-kaxxa ħalla ritratti, li ommu stess għamlithom fi ktieb, u ittra apposta biex la bintu tagħlaq it-18-il sena tkun tista’ tiftaħha.

Apparti minn hekk, il-missier kellu x-xewqa li jiltaqa’ mat-tim kollu ta’ Liverpool kif ukoll mal-idolu tiegħu, Steven Gerrard. Qabel mewtu huwa rnexxielu wkoll jaqta’ dawn ix-xewqat.