Ara d-dati meta Malta se tikkompeti fil-UEFA Nations League

Arkivji

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol se jkun qed jibda bl-impenji tiegħu fil-UEFA Nations League Grupp D1 ġewwa l-Faroe Islands. Huma se jkunu qed jilgħabu nhar it-3 ta’ Settembru ta’ din is-sena. Biex umbad tliet ijiem biss wara se jkunu qed jilqgħu lit-tim tal-Latvia ġewwa l-Grawnd Nazzjonali Malti.

Il-programm ta’ logħob għal kull grupp li qed jieħu sehem f’din il-fażi tal-league ġew ippubblikati ftit tas-siegħat wara li ttellgħu kif se jkunu l-gruppi. Dan sar ġewwa Amsterdam nhar it-Tlieta filgħaxija.

Aktar tard, se jkollhom żewġ logħbiet fuq xulxin barra minn xtutna. Fid-9 ta’ Ottubru se jkunu qed jilagħbu kontra Andorra u tliet ijiem wara kontra l-Latvia. L-aħħar żewġ logħbiet tal-grupp, it-tim Malti se jilagħbhom ġewwa darna. Dawn se jkunu fl-14 ta’ Novembru kontra Andorra u fis-17 ta’ Novemrbu kontra l-Faroe Islands.

03/09/2020 (20.45) – Faroe Islands vs Malta

06/09/2020 (20.45) – Malta vs Latvia

09/10/2020 (20.45) – Andorra vs Malta

12/10/2020 (20.45) – Latvia vs Malta

14/11/2020 (15.00) – Malta vs Andorra

17/11/2020 (20.45) – Malta vs Faroe Islands