Ara ċ-ċisterni li nbnew qabel ma nbniet il-Belt!

Jekk tinteressak l-istorja u l-kultura Maltija, issa tista' tara ċisterni storiċi li għandna f'pajjiżna.
Dan hekk kif se jinfetħu ċ-ċisterni li jinsabu taħt il-Palazz tal-Arċisqof, li huma iktar antiki mill-Belt Valletta u li fihom għad hemm ilma ġieri li ilu għaddej minn dak iż-żmien.
Iċ-ċermen ta' Valletta 2018, Jason Micallef, ħabbar li dawn se jinfetħu waqt il-Valletta Green Festival li se jsir mill-25 sat-30 t'April.
L-għerien ta' taħt l-art, flimkien mal-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof u l-ġnien tal-Monasteru ta' Santa Katerina, se jkunu miftuħin mit-28 sat-30 t'April, bejn id-9.00am u 12.00pm u bejn l-4.00pm u s-7.00pm.