Read in English.
Persuna ta’ nazzjonalità Maltija ġiet iffrodata eluf ta’ ewro permezz ta’ profil falz fuq il-mezzi soċjali, li kien iġib l-isem u r-ritratt tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
Intant, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li Dr Aquilina għamel rapport lill-Pulizija biex issir investigazzjoni dwar dawn il-profili foloz li qed jużaw ismu.
Aquilina spjega li dawn il-profili li qed jintużaw fuq Facebook u Messenger bagħtu xi messaġġi dwar għotjiet ta’ flus u impjiegi mal-Gvern. F’dawn il-messaġġi jistaqsu wkoll għall-informazzjoni personali u għall-ħlas mingħand il-persuni li jirċievu l-messaġġi.
Il-Membri Parlamentari appella biex messaġġi qarrieqa bħal dawn jiġu injorati minn min jirċevihom.